23 April, 2006

Segwi l-ħolm tiegħek!

Hemm iktar minn persuna waħda li qaluli imma int kif ma tibkix meta tara nies isibu lil ġenituri tagħhom jew uliedhom wara ħafna żmien? Għala għandi nibki għal ħaddiehor? X'rabta hemm bejni u bejn din il-persuna?

Dan kollu hu business fl-opinjoni tiegħi. Xi darba irrid niskopri kemm il-lira qed jaqilgħu ta' TTI ta kull demgħa li tinżel fuq ħaddejn in-nies. Waqt li ħaddieħor jkun qed jibki huma jkunu qed jorku jdejhom li deħlin aktar 'sponsors' u flus minn nies anonimi. U propju hawn, hawn daħka oħra. Kif xi ħadd kien qed jgħati lil kulmin ikun fuq is-'sufan' ta' Rachel kien qed jgħatihom Bibja u jibqa' anonimu/a. Mela kien/et qed jistħi jgħid lil kulħadd li hu Nisrani? Din il-ħaġa ma nistax nifhimha. Dawn huma affarijiet tajbin, għal min jemmen f'Alla ovvjament. U nies li jgħatu xi flus u jibqgħu anonimi? Jien veru bniedma li affarijiet hekk ma tantx jinżluli. Ma narax għalfejn tkun qed tagħmel il-ġid u minflok tinħeba! Insomma hemm min jagħmel hekk għax jkun jiddejjaq juri li hu jiflaħ jgħati xi ħaġa tal-flus żejda.

Dan il-kxief is-sorm ta' ħafna nies li jmorru fuq il-programm ma jdoqqli xejn. Min imur għax irrid jerġgħa jirranġa mar-raġel, min għax telqgħu l-għarus jew l-għarusa u affarijiet hekk. Fl-opinjoni tiegħi dawn m'humiex ta' nteress għalija li nkun naf li hawn ġuvni li telqitu it-tfajla u mar jibki u jokkrob li St. Rachel biex tergġħa taqqadhom. Dawn affarijiet li jagħmlu xow bihom u ovvjament jdaħħlu aktar flus. Nemmen li bis-saħħa tal-programm iktar nies ġew konxji li hawn iktar faqar milli konna naħsbu.

U imbagħad xi ngħid meta kien hemm uħud min dawk in-nominati, li kawżi Malta kollha taf li bil-flus li għandhom jaffordjaw dak kollu li għamlulhom? Jien nixtieq insegwi l-ħolma tiegħi ukoll. Tgħid immur nistaqsi lil xi ħadd biex jikteb nomina għalija u mmur nikxef sormi jien ukol?!

0 Comments:

Post a Comment

<< Home