20 May, 2006

Dak gost...

U żgur l-ugigħ li għandi nieħu gost li qed jispuntaw id-dras ta' l-għaqad jew aħjar kif inhuma magħrufa ta' l-għaqal.


U zgur li għaqad għax ħalqi ingħaqad u ma jridx jinfetaħ bl-ugigħ. U dak kuraġġ li sibt mid-dentist u l-ispiżżjara. Id-dentist qalli il-'mamma mia' hawn x'għandek u wara li kitibli l-mediċina qalli ejja l-ġimgħa d-dieħla ħa naqlaħħhomlok (skużawni imma farrakta din il-kelma, naħseb) u dan eżatt wara li jitilgħu. Imbagħad biex tkompli taxxaq mort għand l-ispiżżjara qaltli jaħasra naħseb għandek ugigħ int. Ovvjament b'sinjal b'rasi urejtha li iva għax nitkellem ma tantx nista'. Kompliet tgħid qaltli dik sa ma toħroġlok ta'! Jien għidtilha ifhem kieku waħda ma jimpurtax imma għandi tnejn f'daqqa. U tista' timmaġina x'wiċċ għamlet u qaltli OK mela int muġgħuha ĦAFNA.


Jien dak il-ħin splodejt u għidtilha m'intx tinduna li qas nista' nitkellem. U nsomma issa jkolli nqatta' ġimgħa oħra bl-uġigħ. Dan l-aħħar qabad miegħi. Ftit ilu kelli infezzjoni f'għajnejja u issa snieni, x'jmiss warajhom?

6 Comments:

At Sunday, May 21, 2006 12:15:00 PM, Blogger keBo said...

Abbanduna dak ir-rahal urban li tghix fih u ejja oqghod f'xi rahal kampanjol bhal tieghi! :)

 
At Thursday, May 25, 2006 1:24:00 PM, Anonymous Fengy said...

u miskina tuxka... ;P

 
At Thursday, May 25, 2006 3:42:00 PM, Blogger Tuxka said...

Kebo: hemm xi post irħis dik in-naħa? tinkwetax jien kullimkien noqgħod ta' mhux se noqgħod ngħid ghax is-'South'. Avvolja aħna tan-'North' aħjar :-P

 
At Thursday, May 25, 2006 3:43:00 PM, Blogger Tuxka said...

Fengy: jekk joġgħbok Sho Sho go away :p :D

 
At Friday, May 26, 2006 9:13:00 AM, Blogger keBo said...

Nismagħhom jgħidu li Marsaskala l-postijiet għadhom kemmxejn irħas. Ikollok baħar, għelieqi u nightlife! Xi trid aktar minn hekk?

 
At Tuesday, May 30, 2006 3:47:00 PM, Blogger Tuxka said...

dik tan-nightlife ma tantx għoġbitni!

 

Post a Comment

<< Home