16 May, 2006

L-Eżamijiet

Naqra fejn naqra u mmur fejn immur nisma' fuq l-eżamijiet. Il-bloggosfera ukoll ġiet maħkuma minn dan il-'fenomenu'. Qatt ma ħassejtni nerd daqs dan ix-xahar. Imma mhux inħalli kollox jitla' għal rasi. Qed niprova nħalli ħin biex niddeverti ftit. Għax jien nemmen li jrid ikun hemm bilanċ f'kollox.


Qed inqatta' ħafna ħin nikteb u naqra u nisma' u ovvjament nuża kliem pur Malti jew aħjar kif inhu magħruf - dagħa. Kien ilni ħafna żmien ma nħoss dan it-tip ta' stress. Iġri jgħaddi kollox ħalli jkolli ħin immur ngħum (l-iktar ħaġa li nħobb). Ħin norqod iżjed. U ovvjament ħin biex nagħmel dak kollu li jiġi f'rasi.

2 Comments:

At Wednesday, May 17, 2006 3:44:00 PM, Blogger Hsejjes said...

Tushka, ghaddejt minn dan iz zmien sentejn ilhu u ha nghidlek, ma kien facli xejn.Li nista nghidlek hu, jekk ghandek bzonn xi ghajnuna, taf fejn issibni. Onestament qed nghidlek.Anke jekk trid xi notes, ibghat ghidli.

 
At Wednesday, May 17, 2006 4:38:00 PM, Blogger Tuxka said...

Naf li mhux faċli, imma veru jien kalma bħalissa. Hemm bżonn kulħadd kalm bħali.....


Grazzi ta' l-għajnuna imma naħseb li bin-noti u affarijiet li għandi nirranġa.

 

Post a Comment

<< Home