30 August, 2006

In-nifs!

Qed inħoss snieni se jaqgħawli, qed niddarras. Hawn wieħed qed jixkatla l-bibien ta' l-uffiċji kollha.

Imma kif ma jiġux jaħdmu wara l-ħin tax-xogħol, jew inkella jagħlqu biċċa u naħdmu f'biċċa oħra? Xbajt nibla' trabijiet f'imnifsejja. Ftit ġimgħat ilu kien hawn tnejn qed ibajdu. U illum żdiedu għal tlieta u qed jixkatlaw u jiżbghu f'daqqa. Ma nafx jien kif tista' tati żewġ passati żebgħa wara xulxin mingħajr ma tħalli ta' qabilha tinxef! Veru li ma nifhimx fiż-żebgħa imma l-loġika hekk tgħidli. Din neħodha mill-eżempju taż-żebgħa tad-dwiefer (nail polish) qabel tati t-tieni passata trid tħalli l-ewwel waħda tinxef!!!

Imbagħad jgħidulek ieqaf pejjep għax ħazin għas-saħħa, aħseb u ara din ir-riħa ta' tinner!

5 Comments:

At Wednesday, August 30, 2006 8:54:00 PM, Blogger Hsejjes said...

Nithassrek!Specjalment meta tkun taf li iz-zebgha li juzaw id-dipartimenti tal-gvern tintenn aktar minn zebgha li is-soltu nuzaw fid-djar taghna ghax irhisa.:)Is-sena l-ohra domna sajf shieh ghaddejjin hekk.

 
At Thursday, August 31, 2006 12:45:00 PM, Blogger Tuxka said...

Għal grazzja t'Alla mhux ħaddiema tal-gvern dawn! M'għandhomx x'jaqsmu mal-gvern imma naħseb jien, jafu li qed jaħdmu għal gvern!

 
At Monday, September 04, 2006 10:04:00 PM, Blogger Coemgen said...

Ifhem, ahna ghaddejna minn zmien ta riferbixment u peress li l-lifts ta l-isptar jiddeciedu li jieqfu flimkien, gieli spiccajna nghaddu nies ghadhom hergin minn operazzjoni minn gor-riha taz-zebgha tinten tal-gvern........u hadd ma jkun se jtir bil-ferh minnhom!

 
At Tuesday, September 05, 2006 9:30:00 AM, Blogger Tuxka said...

hehe coemgen għadhom joħorġu nies minn lifts li jieqfu bihom u joħorġuhom minn biċċa toqba? LOL skużani imma li qed ngħid għax kont student-nurse jien ;)

 
At Wednesday, September 06, 2006 8:24:00 AM, Blogger Coemgen said...

Ifhem, peress li nkun fuq ma nkunx naf jekk hemmx vittmi gol-kaxxa. Kull ma nkunu nafu hu li hemm wiehed (drinn drinn, waqfu t-tnejn issa guys) wieqaf.

 

Post a Comment

<< Home