Milli jidher il-marda tat-TB-Tuberculosis reġgħet qed tkun 'popolari' fil-gżejjer Maltin. Coemgen fil-blog tiegħu qed jispjega li din il-marda hija endemika. F'Malta kien irnexxielna neħilsu minn din il-marda, li kien għad fadal huma ftit każijiet, li ma kienux ta' tehdida.
Il-mistoqsija tiegħi hija din minn fejn ġejja? Heqq jien l-ewwel ħsieb tiegħi mar li iva jista jkunu l-imigranti illegali! Heqq jien naħseb li dawn jista' jkun qed iġorru tip ta' mard li qatt ma rajnieh hawn Malta, u li t-tobba Maltin m'humiex 'kapaċi' jinnutawh. Dan għaliex li t-tobba studjaw ċertu tip ta' mard li hu kommuni fil-gżejjer tagħna.
Forsi se ngħid kazzata issa, imma għala meta aħna nkunu se nsiefru f'pajjiżi bħall-Afrika u l-Asja jkollna nieħdu l-prekawzzjonijiet kollha u nittaqbu kontra tipi ta mard. Dawn in-nies ma jistgħux meta jaslu Malta jsirilhom xi tip ta' test mediku biex jaraw ibgħatux minn xi mard li mhux komuni hawn Malta? U wara tkun tista' tingħatalhom il-kura meħtieġa u nevitaw li dan il-mard jilħaq jixxerred.
Insomma f'Malta biss jiġru dawn l-affarijiet li l-ewwel irridu jmutu in-nies biex FORSI nieħdu azzjoni!

1 Comments:
It-TB hi endemika f'ċerti pajjiżi, u Malta mhux wieħed minnhom. Filfatt (mhux irnexxielna neħilsu minnha) kellna numri ta każi baxxi ħafna. Issa qed jiżdiedu.
Hu mportanti li tkun ċara li (qabel bdiet l-invażjoni), kien diġa hemm Maltin infettati. Il-problema assoċjata mal-kura hi li il-mediċini jridu jittieħdu għal żmien twil, regolarment.
It-tobba Maltin jistgħu ma jinnotawx mard bħal dan ma l-ewwel daqqa t'għajn għas-sempliċi raġuni li ma jkunux qed jiltaqgħu miegħu ta sikwit.
Ta l-aħħar.....jista jsir test mela le, pero' kollox jinġabar fil-keffa ta 'issue' politika....u issa naħseb drajna s-soluzzjonijiet 'by crisis management'!
Post a Comment
<< Home