Settembru
Iva dan xahar huwa wieħed mill-agħar xhur għalija ħafna memorji koroh tal-passat. Il-bieraħ kienet is-17-il sena li ilni ma nara lil missieri! Xi kultant noqgħod naħseb u ngħid:-
Minjaf x'kien jgħid għad-deċizzjonijiet li ħadt f'ħajti?
Minjaf ħajti kinitx tkun differenti?
Minjaf kif jidher kieku kelli nerġa' narah?
Tgħid narfu?
U xi jgħidli?
Tgħid jerga' jgħidli li jien il-pupa tiegħu?
Jew li jien sabiħa?
U ħafna mistoqsijiet oħra li għalissa m'għandix tweġibha għalihom.
Kien għadni zgħira u lil missieri ma tantx nafu, niftakar il-ħin li kien iqatta' magħna jilgħab, joħroġna, jgħallimna u ħafna affarijiet oħra. Li naf fuqu għax jew tgħidli ommi jew għax niltaqa' ma nies li kienu jafuh. Ħafna nies imma joqgħodu lura u ma jgħidulix fuqu ħlief li nara demgħa f'għajnejhom!
Din il-kanzunetta ta' Eric Clapton tiddeskrivi eżatt dak li għandi ġewwa fija.
Tears in heaven
Would you know my name if I saw you in heaven?
Would it be the same if I saw you in heaven?
I must be strong and carry on
'Cause I know I don't belong here in heaven
Would you hold my hand if I saw you in heaven?
Would you help me stand if I saw you in heaven?
I'll find my way through night and day
'Cause I know I just can't stay here in heaven
Time can bring you down; time can bend your knees
Time can break your heart, have you begging please, begging please
Beyond the door there's peace I'm sure
And I know there'll be no more tears in heaven
Tears in heaven

0 Comments:
Post a Comment
<< Home