09 October, 2006

Il-paqqa!

Kemm hawn min hu mġewwaħ jew m'għandux x'jagħmel jew sempliċiment vili. Il-bieraħ għar-raba' jew ħames darba (għax anke l-ammont insejt) reġgħu pruvaw jiftħuli l-karozza. Kull darba agħar minn oħra l-ewwel darba pruvaw in-naħa tiegħi, tax-xufier, kelli il-bieba ftit mgħawġa, it-tieni darba reġgħu pruvaw l-istess bieba u apparti li għawġuha ħallewli forma ta irkoppa u kwazi qaċtu l-bieba. It-tielet darba pruvaw jifthu in-naħa tal-passiġġier u fottewli l-'lock', reġgħu pruvaw darb' oħra minn naħa tiegħi u issa il-bieraħ insib il-bokkin tan-naħa tal-passiġġier maqluħ apparti li girfuli l-karozza. Dawn kollha ġraw fi ftit snin!

Xi kultant ngħid aħjar irnexxielhom jiftħuha u jidħlu fiha u jisirquha kollha kemm hi milli jagħmluli hekk. U biex taxxaq jien ma nħalli xejn fil-karozza. Voldieri min irid jisraqha sinjal li għandu motiv ieħor! Ma niflaħx iktar b'affarijiet hekk, xi kultant naħseb li l-karozza misħuta u ngħid inbiddilha. Imma jekk dan mhux minnhu u jkolli karozza ġdida u jagħmluli l-istess?!

U bilħaqq, jekk qed tistaqsi għandix alarm...IVA għandi wieħed sempliċi, imma naħseb wasal iż-żmien li nupgrejdjah! L-aħjar nitfa' xi kukkudrill fil-karozza u mill-ewwel naqbad min kien il-ħalliel! Jew inkella inwaħħal CCTV kamera!!!!

3 Comments:

At Sunday, October 15, 2006 9:12:00 PM, Blogger Coemgen said...

il-kugin tieghi kellu punto. infethet 3 darbiet kif qed tghid int.
il-kugin tieghi ghandu punto. illum il-kugin il-karozza ma jsakkariex.

 
At Tuesday, October 17, 2006 1:29:00 PM, Blogger Tuxka said...

Jien naħseb se nibda' nagħmel bħal kuġin tiegħek ta', għax dik l-aħjar ħaġa!

 
At Tuesday, October 17, 2006 10:49:00 PM, Blogger keBo said...

Il-Ħamis, 26 ta' Diċembru 2002. Quarter window ġabuwieli ross. Ġiddmuli s-seats, ir-radjow ħallewħ intatt imma barmuli xi tużżana cassettes għax dak iż-żmien ma kontx naffordja wieħed bis-cds.

Il-Ħadd, 29 ta' Diċembru 2002. L-istess quarter window ġabuwieli ross. Did-darba użaw xi turnavit biex jgħawwġu l-pilastru wkoll. Reġgħu ħallewli r-radjow intatt u ma messew xejn aktar (għax xi ħadd diġa kien ħadli l-cassettes).

Sirt paranojku li hemm xi ħadd iħobbni wisq u forsi jifgani bit-tgħanniq. Għamilt xahar niġri b'tal-linja b'nuċċali oħxon iswed u kowt kbir.

 

Post a Comment

<< Home