L-esperiment
27 April, 2006
26 April, 2006
X'suġġett hu?
Mela ftit ilu waqt waħda mill-lectures l-għalliema qaltilna tafu kemm għandhom tikek il-frawli? Min qal 50 u min qal 100. Jien infqajt nidħak għax għidt din x'għandha x'taqsam mal-ġens (gender) u eżatt jien kelli raġun għax il-lecturer indunat li marret barra mis-suġġett. Imma biex ma jkunx hemm min jibqa' bil-kurżita' ir-risposta kella tkun medja ta' 200 tikka.
U hekk jien wara qadt naħseb imma x'gost ħa jew ħadu dawk li qagħdu jgħoddu kemm għandha tikek. Xi skop kien hemm? Mhux aħjar qabdu u kielu l-frawli li huma tant bnini milli jaħlu l-ħin hekk!
Wara kollox dan kien eżempju ta' kif l-lectures ta' l-universita faċli joħorġu barra mis-suġġett. U dan ġara ħafna drabi waqt il-kors tagħna. Issa li wasalna fl-aħħar kulħaqq qed jaqbdu paniku ta' kif se jistudja. Kif se jiddubbaw in-noti neqsin. U ħafna affarijiet minn dawn. Jien għalissa mhux nipanikkja għax għadni mhux qed nirrealizza li qorbu l-eżamijiet ta' l-aħħar. Wisq probabli ftit ġranet oħra nkun qed mitlufa qalb il-kotba, niekol kull kelma tqila u importanti li nsib. Nkun mimlija 'stress' u tenzjoni. U f'dak iż-żmien mur kellimni... viva n-nervi u viva l-ħelu li nkun qed niekol bla ma ninduna!
Tad-daħk din bdejt b'togħma tajba tal-frawli u spiċċajt fuq togħma morra ta' l-eżamijiet...nispera li ma tantx tkun morra u jirnexxili nibda' nagħmel moħħi hemm issa li fadal ftit ġimgħat biss.
23 April, 2006
Segwi l-ħolm tiegħek!
Hemm iktar minn persuna waħda li qaluli imma int kif ma tibkix meta tara nies isibu lil ġenituri tagħhom jew uliedhom wara ħafna żmien? Għala għandi nibki għal ħaddiehor? X'rabta hemm bejni u bejn din il-persuna?
Dan kollu hu business fl-opinjoni tiegħi. Xi darba irrid niskopri kemm il-lira qed jaqilgħu ta' TTI ta kull demgħa li tinżel fuq ħaddejn in-nies. Waqt li ħaddieħor jkun qed jibki huma jkunu qed jorku jdejhom li deħlin aktar 'sponsors' u flus minn nies anonimi. U propju hawn, hawn daħka oħra. Kif xi ħadd kien qed jgħati lil kulmin ikun fuq is-'sufan' ta' Rachel kien qed jgħatihom Bibja u jibqa' anonimu/a. Mela kien/et qed jistħi jgħid lil kulħadd li hu Nisrani? Din il-ħaġa ma nistax nifhimha. Dawn huma affarijiet tajbin, għal min jemmen f'Alla ovvjament. U nies li jgħatu xi flus u jibqgħu anonimi? Jien veru bniedma li affarijiet hekk ma tantx jinżluli. Ma narax għalfejn tkun qed tagħmel il-ġid u minflok tinħeba! Insomma hemm min jagħmel hekk għax jkun jiddejjaq juri li hu jiflaħ jgħati xi ħaġa tal-flus żejda.

Dan il-kxief is-sorm ta' ħafna nies li jmorru fuq il-programm ma jdoqqli xejn. Min imur għax irrid jerġgħa jirranġa mar-raġel, min għax telqgħu l-għarus jew l-għarusa u affarijiet hekk. Fl-opinjoni tiegħi dawn m'humiex ta' nteress għalija li nkun naf li hawn ġuvni li telqitu it-tfajla u mar jibki u jokkrob li St. Rachel biex tergġħa taqqadhom. Dawn affarijiet li jagħmlu xow bihom u ovvjament jdaħħlu aktar flus. Nemmen li bis-saħħa tal-programm iktar nies ġew konxji li hawn iktar faqar milli konna naħsbu.
U imbagħad xi ngħid meta kien hemm uħud min dawk in-nominati, li kawżi Malta kollha taf li bil-flus li għandhom jaffordjaw dak kollu li għamlulhom? Jien nixtieq insegwi l-ħolma tiegħi ukoll. Tgħid immur nistaqsi lil xi ħadd biex jikteb nomina għalija u mmur nikxef sormi jien ukol?!
20 April, 2006
ex·per·i·ment
Koss illum qadt naħseb xi tfisser eżatt il-kelma esperiment jew aħjar experiment u sibt dan li ġej:-
- A test under controlled conditions that is made to demonstrate a known truth, to examine the validity of a hypothesis, or to determine the efficacy of something previously untried.
- The process of conducting such a test; experimentation.
- An innovative act or procedure.
- The result of experimentation.
U dan kollu jagħmel sens għalija, għax dan il-blog huwa test taħt kundizzjonijiet ikkontrollati. Imma stenna ftit, min qed jikkontrollhom? Moħħi liż-żmagat li għandi? Jew is-swaba jien u nikteb?
Imma nsomma ha naqbeż din il-biċċa u nkompli nara iktar xi tfisser... esperimentazzjoni. Fil-fatt hekk hu. Dan kollu hu esperimentazzjoni. U xi ħaġa innovattiva għalija, imma zgur li ma hix għal ħafna mill-bloggisti li ilhom jesperimentaw għal snin jew xhur qabli. Dawn issa jissejħu esperti!
Ir-riżultat ta' l-esperimentazzjoni - inkun naf x'inhu meta jkolli biżżejjed rispons/informazzjoni (feedback) mill-qarrejja.

19 April, 2006
San Girgor
Aħna l-Maltin kulma nagħmlu u mmorru fejn immorru l-aqwa li nieklu. Illum jum San Girgor u ovvjament hi ġurnata li jekk ma toħroġx u tiekol xeba' ħobż biż-żejt mħawwar sew (apparti l-bigilla, fażżola, żebbuġ mimmli u ma jonqsux l-figolli) ma tkunx gawdejt il-ġurnata sew.
Imma x'inhi din l-ossessjoni li għandna li jekk se noħorgu immorru nieklu? Jekk tistieden in-nies id-dar kulħadd jagħmel nofs ta' nhar jiprepara ikla papali. Jekk se tmur mixja qis li jkollok xi ħaġa ta' l-ikel miegħek. Jekk sejjer tixrob qis li qabel tkun kilt sew. L-ikel hu dejjem skuża tajba. Għandek in-nervi kul, għandek id-dwejjaq kul, ferħan erġa' kul xi ħaġa. U nsomma dejjem nieklu.
Mhux ta' b'xejn li aħna wieħed mill-pajjiżi li l-aktar għandna tfal u nies ħoxnin! Imma għidli int jekk l-ikel jkun tajjeb kif tista' tirrifjutah? Bħalma tistax tirrifjuta grokk meta joffrulek wieħed.

18 April, 2006
Televiżżjoni vs Televixin
X'suppost tgħid televiżżjoni jew televixin, ngħid ghalija nipreferi televiżżjoni milli kelma ingliża addatata għall-Malti - televixin.
Insomma ħafna mill-istazzjonijiet tat-televiżżjoni hawn Malta huma tal-qamel. Ma tantx jafu jkunu oriġinali u jikkuppjaw programmi barranin. Kont qed inqalleb (nizzappja) it-TV u niltaqa ma riklam għal-restaurant ta' ikel Taljan. Naċċetta li l-mużika f'isfond tkun Taljana imma li titkellem bit-Taljan ma naċċettaħiex.
Jew inkella programm ieħor hu l-Ispjun, pruvaw jimitaw programm barrani ieħor. Ma jafux li Malta zgħira. Xbajt niltaqa' ma parteċipanti meta nkun f'xi post ta divertiment jew inkun qed nixtri minn x'imkien. Ma ndunawx li issa kważi nofs Malta ndunat li dan il-programm ilu żmien irrekordjat u li meta kienet kesħa sew dawn baqghu bil-ħwejjeg tas-sajf? U anke kienu jinżlu fejn il-pool? Malta qieghdin, ħafna mit-temp jolqot kullimkien l-istess, ma aħniex xi pajjiż kbir li fit-tramuntana jkun xita u fin-nofsinhar tkun ix-xemx!
L-ewwel bloggata f'dan l-esperiment
Esperiment....iva dan esperiment li jien nibda' nibbloggja (kelma tqila din).
Fil-ħajja għamilt ħafna esperimenti uħud kieku sbieħ u żżomm l-memorji tagħhom għal ħajtek, waqt li oħrajn tiprova tinsihom u ma tergax tirrepetihom. Nispera li dan ikun wieħed minn dawk is-sbieħ.
Tux