29 May, 2006

Tribali

Min il-bieraħ kien Ħagar Qim, jaf li kienet xow tal-ġenn u bomba.

Jien ħlief kliem ta' tifħir m'għandix għal dawn il-mużiċisti li komplew juru li f'Malta hawn talent kbir. Iddispjaċini li ma kontx qtajt biljetti qabel, u ħsibt li kienet se tkun faċli biex nidħol imma fil-fatt ma tantx kienet. Imma minn hawn jew minn hemm irnexxieli nidħol.

Is-CD diġa ħraqtu....veru kien f'mument ġust li ġie 'launched' dan l-album, għax bħalissa veru għandi bżonn ta' din it-tip ta mużika.


Jien nissuġerrixxi li min ma kienx hemm il-bieraħ jew irid aktar dettalji jew biex jordna is-cd tidħlu fis-sit tagħhom hawn hekk > www.tribalimusic.com

25 May, 2006

Viva is-Sajf



Fl-aħħar wasal is-sajf. Wasal iż-żmien li ngawdi iktar. Iġri nibda mmur il-baħar inqatta' siegħa irrilassata hemm. Dawn l-istampi jitkellmu għalija:






Imma nispera li dawn iċ-ċwieċ ma jfottux sajf ta' gost:


20 May, 2006

Dak gost...

U żgur l-ugigħ li għandi nieħu gost li qed jispuntaw id-dras ta' l-għaqad jew aħjar kif inhuma magħrufa ta' l-għaqal.


U zgur li għaqad għax ħalqi ingħaqad u ma jridx jinfetaħ bl-ugigħ. U dak kuraġġ li sibt mid-dentist u l-ispiżżjara. Id-dentist qalli il-'mamma mia' hawn x'għandek u wara li kitibli l-mediċina qalli ejja l-ġimgħa d-dieħla ħa naqlaħħhomlok (skużawni imma farrakta din il-kelma, naħseb) u dan eżatt wara li jitilgħu. Imbagħad biex tkompli taxxaq mort għand l-ispiżżjara qaltli jaħasra naħseb għandek ugigħ int. Ovvjament b'sinjal b'rasi urejtha li iva għax nitkellem ma tantx nista'. Kompliet tgħid qaltli dik sa ma toħroġlok ta'! Jien għidtilha ifhem kieku waħda ma jimpurtax imma għandi tnejn f'daqqa. U tista' timmaġina x'wiċċ għamlet u qaltli OK mela int muġgħuha ĦAFNA.


Jien dak il-ħin splodejt u għidtilha m'intx tinduna li qas nista' nitkellem. U nsomma issa jkolli nqatta' ġimgħa oħra bl-uġigħ. Dan l-aħħar qabad miegħi. Ftit ilu kelli infezzjoni f'għajnejja u issa snieni, x'jmiss warajhom?

16 May, 2006

L-Eżamijiet

Naqra fejn naqra u mmur fejn immur nisma' fuq l-eżamijiet. Il-bloggosfera ukoll ġiet maħkuma minn dan il-'fenomenu'. Qatt ma ħassejtni nerd daqs dan ix-xahar. Imma mhux inħalli kollox jitla' għal rasi. Qed niprova nħalli ħin biex niddeverti ftit. Għax jien nemmen li jrid ikun hemm bilanċ f'kollox.


Qed inqatta' ħafna ħin nikteb u naqra u nisma' u ovvjament nuża kliem pur Malti jew aħjar kif inhu magħruf - dagħa. Kien ilni ħafna żmien ma nħoss dan it-tip ta' stress. Iġri jgħaddi kollox ħalli jkolli ħin immur ngħum (l-iktar ħaġa li nħobb). Ħin norqod iżjed. U ovvjament ħin biex nagħmel dak kollu li jiġi f'rasi.

Ċensurata

Iva iddeċidejt li niċċensura il-bloggata ta' qabel din. Niskuża ruħi.

12 May, 2006

Tmiem il-Ġimgħa

Wasal wikend (weekend) ieħor. Dan l-aħħar sirt nieħu qata meta jasal il-Ġimgħa. Għax naf li flok niddeverti qed inqatta ħafna ħin magħluqa ġewwa. Jew inkun qed niċċassa quddiem il-kompjuter (suppost inkun qed naħdem) jew inkella nara programmi li qatt ma nteressawni u issa bla ma naf kif spiċċajt narhom. Imma dan naħseb li kollu effett tal-brejkdawn (breakdown) u stress li għaddejja minnu. Iġri jgħaddu dawn l-aħħar ftit ġimgħat ħalli forsi ma tafx kif naqbad dak l-għasfur taċ-ċomb u mmur nesplora post ġdid. Insomma biex ngħid il-verita kollha qed nipprova nħalli ftit ħin biex immur nieħu dak il-grokk jew flixkun inbid.

U l-irqad xi ngħid fuqu... Dan hu l-aktar ħaġa 'sagro santa' għalija. Għandi nuqqas ta' rqad kbir. Nixtieq norqod raqda ta' 'l fuq minn 20 siegħa forsi ma nafx kif niġi iktar f'tiegħi. Ir-regola li norqod 8 siegħat kuljum ksirta. Għandi xorti qed norqod 5 jew 6 siegħat. U is-sabiħa hi li fejn qabel wara ġurnata xogħol kont nieħu minn siegħat sa sagħtejn 'siesta' issa dik insejt x'inhi. Oh żmien ħelu erġa lura!

08 May, 2006

Xi Stress Dan

01 May, 2006

L-1 ta' Mejju - Jum il-Mistrieħ mix-Xogħol

Oh xi tmiem il-ġimgħa twil (long weekend) dan. Illum it-Tnejn u flok qomt għal ġurnata xogħol, bqajt rieqda sa x'ħin derhli. Mank il-ħajja dejjem hekk.



Koss imma kif kulħadd dejjem jeqred, jien inkluża ukoll. Min m'għandux xogħol igerger li dejjaq id-dar. U min għandu jgerger u jgħid aħjar għadu id-dar flok jaħdem! Imma ngħid jien jekk ma naħdimx ma jkollix flus, u jekk ma jkollix flus ma tantx nista' nagħmel affarijiet.



U illum għala mhux naħdmu meta qed niċċelebraw jum il-ħaddiem? Jum il-ħaddiem għalija għandha tkun kuljum! Illum messha tissemma' Jum il-Mistrieħ mix-Xogħol. U jekk flok tkun dejjem fl-1 ta' Mejju tkun fl-ewwel TNEJN ta' Mejju napprezzha iktar. U garanzija li jien l-ewwel waħda nieħu gost iktar b'din id-deċiżżjoni.



Insomma lil ħaddiema kollha nawguralhom ġurnata tajba, ta' tgawdija u mistrieħ.