20 June, 2006

Yipppiieeee

Fl-aħħar erġajt għandi lura l-ħin liberu kollu....qisni twellidt mill-ġdid. Iva, spiċċajt mill-eżamijiet (ifhem nispera li ma niblax xi re-sit). U daqt nerġa' nidħol fir-rutina ta', dar-xogħol-baħar-ħruġ-dar-xogħol-baħar-ħruġ- dar u insomma nkompli sejra hekk. Għalija hija l-isbaħ ħaġa dik, rilassament totali :) :D Imma qabel nidħol fir-rutina irrid niprepara ruħi u x'hemm isbaħ minn safra ;) :D

Insomma is-Sajf it-Tajjeb lil kulħadd u oqgħodu attenti mix-xemx għax veru qerridija.

__________________

Ħeqq u ovvjament ma nistax ninsa' it-Tazza Tad-dinja, speċjalment issa li l-Ġermaniżi għaddew għat-tieni round hux! U it-Taljani x'jażqu din id-darba, mela filli jgħidu li r-'referees' kontrihom u issa għax ir-'referees' mhux kontrihom qed jitfixlu LOL. L-Ingliżi mhux li għandhom għalfejn jidħku ħafna ta', imma narhom ftit aħjar. Impressjonajt ruħi bil-logħob ta' l-Awstralja u l-Ghana. Insomma jien ngħid li ħa naraw xi sorpriża!


06 June, 2006

It-Tazza tad-Dinja

Minn nhar il-Ġimgħa se nerġgħu nibdew naraw l-'patrijotti' Malti jdoqqu l-ħornijiet u jifirqu għax it-Taljani jew l-Ingliżi jew il-Brażil jew il-Ġermaniżi jew xi pajjiż ieħor rebħu jew tilfu!

U is-sabiħa hi meta tismgħhom jitkellmu jgħidulek: "Eh 'AĦNA' konna aħjar minnhom!" Kemm ma niflaħix dik il-ħaġa, qisu it-team tagħhom... imbagħad tismagħhom jitkellmu fuq min messu lgħab u kif il-kowċ għamel dik l-istrateġija u ħafna affarijiet hekk. Jaqbadni id-daħk nisma' nies jitkellmu hekk. U xi ngħidu fuq in-nies li jdendlu l-bnadar mal-faċċata jew gallarija?!

Imma nsomma fuq it-team Malti ma tantx nistgħu nitkellmu. Biss pero jidher li qed jagħmlu progress kbir. Speċalment wara il-logħba kontra l-Ġappun. Jien inkompi ngħid FORZA MALTA. U nispera li xi darba naslu biex narawkom tilgħabu fit-tazza tad-dinja!