28 July, 2006

Tgħid indunaw?

Dan ir-ritratt ġie ippubblikat f'The Times tal-lum.

Tgħid l-editur jew il-fotografu indunaw li hawn immigrant illegali qed ipixxi u qed bih barra?

Jien diġa tkellimt fuq dan ir-ritratt fuq il-Maltaforums imma ħassejt li għandi nitfgħu hawn ukoll għax veru qabadni id-daħk x'ħin rajtu.


22 July, 2006

Iva Ferħana

Kemm ilni ma nqum b'burdata bomba bħal tal-llum ... mhux li ssoltu nqum burdata ħażina imma hekk illum qed inħossni differenti! U biex tkompli l-iskantament mhux li irqadt ħafna dal-lejl!

U biex tgħaxxaq m'għandi xejn pjanat illum, voldieri qisni bħal waħda belha qed nifraħ għax xejn. Ovvjament l-anzjeta' għadha fuqi imma qed niprova ninsa', għax mid-dehra fadal xi ġimgħa oħra nistennew wara li kellimt lis-segretarja tal-kors u qaltli "Ir-riżultati se jiġu diskussa* il-ġimgħa d-dieħla!" U hemm jien qtajt il-linja u qadt naħseb fil-ħażin (iva ninfaxxa rasi qabel naqsamha). Imma illum qisu dan ma eżistix, qisni m'għandix problemi. Tgħid għala dan il-ferħ? Tgħid huwa ferħ biex ingawdi ftit sew qabel nieħu l-aħbar il-ħażina??

Jista' jkun ukoll li l-film Pirates of the Caribbean: Dead's Man Chest affettwani għax dħakt tnejn waqt li kont qed narah. Il-mossi ta' Mr Johnny Depp huma tal-ġenn. Karattru brillanti. Nisperaw li fil-Pirates li jmiss jerġa' jirxoxta!

Insomma kollox ma kollox l-aqwa li jien ferħana u nispera ma jinqala xejn u jfottihieli!




* grazzi lil hsejjes li ġabritli ġieħ :D :D

17 July, 2006

L-anzjeta'

Daqt ninqered nista' ir-riżultati ta' l-eżamijiet. Imma għalxiex iddumu daqshekk biex jikkoreġu erba' linji? Ifhem minn banda iktar kemm idumu ma joħorġu iktar aħjar forsi ngawdi ftit ieħor, ma mmurx nkun weħilt f'xi wieħed u jkolli nerġa' niprova nsib in-noti biex nistudja!!!

Idejja u id-dwiefer s'issa għadhom ma waslux f'dan l-istat: (din hija Anxious Prayer ta' Anthony Palumbo)

__________________



Insomma wara kollox daqt jasal avventiment li ħafna jkunu qed jistennew il-Farsons Great Beer Festival.

Personalment huwa event li m'għandux jintilef. U ovvjament mhux sejra ma jkollix il-mug ta' din is-sena nieqes mill-kollezzjoni, mhux hekk!

Niftakar is-sena l-oħra konna tlajna grupp ta ħbieb mill-MaltaForums.com jew kif ħafna jafuha OnlyinMalta.com u veru dħakna. Niftakar kien hemm familja quddiemna bilqeghda fuq is-siġġijiet, li ġabu huma magħhom mid-dar, s'hemmek kollox sew imma wara trid tarhom jagħmlu piknik u joħorġu l-ikel mill-basktijiet. Aħna iż-żgħażagħ m'għandniex tort hux li nidħku bihom, plus l-effett tal-birra... wara kollox skond l-iXtruppaw aħna Ġenerazzjoni Ta' Meqrudin!!!!!

11 July, 2006

Il-Malti Laqgħi

Iva Ħsejjes, Ron, u ħafna nies oħra li tissimpatizzaw mat-tim Taljan. L-Italja REBĦU. Ifhem la kienu tajbin biex jaqilgħu lil Ġermaniżi kellhom jirbħu hux!!!!

Kont qed nara il-partita fuq ir-Rai Uno u wara li spiċċat kien qed iġib filmati mill-grawnd, Milan, Ruma u Napli. Kien qed juri il-ferħ tal-pajjiż Taljan. Iddispjaċini ħafna li ma ġabx filmat minn Malta lajv dak il-ħin! Ħsibtni għadni l-Italja. Koċċ nies jiċċelebraw, jiskru, jdoqqu l-ħornijiet, ikantaw, jifirħu, joffendu u ħafna affarijiet li jsiru waqt kull ċelebrażżjoni. Il-Maltin ħarġu jagħmlu 'karnival' għax pajjiż li qed jistmagħna ta' tapit u jagħmlilna xi erba' toroq biex aħna nagħmlulu iktar pjaċiri, rebħu it-Tazza tad-Dinja.

Personalment qatt mhu sejra ndoqq u nifraħ u nagħmel l-istorbju u fuq kollox naħli l-petrol għax it-tim li nżomm miegħu jirbaħ it-Tazza tad-Dinja jew l-'Euro Cup'. Ara imbagħad jekk flok dak it-tim barrani tkun Malta iva mmur għax Malta pajjiżi.





P.S. Dan id-diskors kont ngħidu ukoll kieku l-partitarji Ingliżi għamlu l-istess.

03 July, 2006

Erġajt ġejt lura...

...mill-pajjiż tal-fortunati.


Inżertajt kont f'pajjiżhom,
Nara il-ferħ li kellhom,
Narahom jibdew jinkazzaw,
Narahom joffendu lit-T.V.,
Narahom jirrextaw,
Nara il-fortuna ddur magħhom,
Narahom jirnexxu fl-aħħar 4 sekondi.
U hemmhekk inbiddlet il-folja bdew jifirħu
U kulħadd jghajjat kemm aħna fortunati,
U mbaghad ħarġu il-ħornijiet,
U ħafna affarijiet oħra.
Viva il-pajjiż tal-mirakli!





















Nisperaw li

għada l-Ġermanja

ma tiddisappuntanix!