In-nifs!
Ma jienx xi waħda li nħobb il-festi imma ngħid darba f'sena ninżel sal-pjazza tar-raħal biex biex nuri lin-nies li jien għadni ħajja u li għadni ngħix hemm. Ħalli għan-nies biex jgħidu fuqek u wħud tarahom jippuntaw lejk biex jagħmluha ovvja li veru fuqek qed jitkellmu. Minjaf kemm ikunu qed iħarfu dak il-ħin! U ovvjament ninżel biex nara l-atmosfera tal-pagani kif inhi. Għalxiex pagani?
Illum il-ġurnata li kbirt u forsi mmaturajt iktar nidħak b'dawn l-affarijiet. Veru li aħna l-Maltin magħmulin hekk parti minna din l-affari. Nieħu gost nara l-għaqda bejn in-nies u li kulħadd qed jieħu gost flimkien, x'hemm isbaħ mill-għaqda u ferħ? Imma dan għandu jkun is-sena kollha u mhux fil-ġimgħa tal-festa.
There must be no impunity for gender-based violence. Let me be clear. What we are talking about is not a side issue. It is not a special interest group of concern to only a few. What we are talking about are not only women's rights but also the human rights of over one half of this globe's population. Violence against women concerns not only women, but above all the rest of us. (Sergio Vieira de Mello, April 2003) (UNIFEM, 2003)