L-esperiment
26 September, 2006
20 September, 2006
Milli jidher il-marda tat-TB-Tuberculosis reġgħet qed tkun 'popolari' fil-gżejjer Maltin. Coemgen fil-blog tiegħu qed jispjega li din il-marda hija endemika. F'Malta kien irnexxielna neħilsu minn din il-marda, li kien għad fadal huma ftit każijiet, li ma kienux ta' tehdida.
Il-mistoqsija tiegħi hija din minn fejn ġejja? Heqq jien l-ewwel ħsieb tiegħi mar li iva jista jkunu l-imigranti illegali! Heqq jien naħseb li dawn jista' jkun qed iġorru tip ta' mard li qatt ma rajnieh hawn Malta, u li t-tobba Maltin m'humiex 'kapaċi' jinnutawh. Dan għaliex li t-tobba studjaw ċertu tip ta' mard li hu kommuni fil-gżejjer tagħna.
Forsi se ngħid kazzata issa, imma għala meta aħna nkunu se nsiefru f'pajjiżi bħall-Afrika u l-Asja jkollna nieħdu l-prekawzzjonijiet kollha u nittaqbu kontra tipi ta mard. Dawn in-nies ma jistgħux meta jaslu Malta jsirilhom xi tip ta' test mediku biex jaraw ibgħatux minn xi mard li mhux komuni hawn Malta? U wara tkun tista' tingħatalhom il-kura meħtieġa u nevitaw li dan il-mard jilħaq jixxerred.
Insomma f'Malta biss jiġru dawn l-affarijiet li l-ewwel irridu jmutu in-nies biex FORSI nieħdu azzjoni!
18 September, 2006
Il-Beta!
Nies hawn xi ħadd li qaleb għal verżjoni tal-Blogger beta? Qiegħdin issibu problemi?
Milli jidher ma nistgħux inħallu kummenti fuq bloggijiet li ma qalbux! Nistgħu biss inħallu kummenti anonimi! U qed niprova infittex xi ftit tagħrif fuq dan il-qaħbeċ ta' beta, qed nara nistgħax naqleb lura għal Blogger, imma ma nistax insib din l-informazzjoni!
15 September, 2006
Settembru
Iva dan xahar huwa wieħed mill-agħar xhur għalija ħafna memorji koroh tal-passat. Il-bieraħ kienet is-17-il sena li ilni ma nara lil missieri! Xi kultant noqgħod naħseb u ngħid:-
Minjaf x'kien jgħid għad-deċizzjonijiet li ħadt f'ħajti?
Minjaf ħajti kinitx tkun differenti?
Minjaf kif jidher kieku kelli nerġa' narah?
Tgħid narfu?
U xi jgħidli?
Tgħid jerga' jgħidli li jien il-pupa tiegħu?
Jew li jien sabiħa?
U ħafna mistoqsijiet oħra li għalissa m'għandix tweġibha għalihom.
Kien għadni zgħira u lil missieri ma tantx nafu, niftakar il-ħin li kien iqatta' magħna jilgħab, joħroġna, jgħallimna u ħafna affarijiet oħra. Li naf fuqu għax jew tgħidli ommi jew għax niltaqa' ma nies li kienu jafuh. Ħafna nies imma joqgħodu lura u ma jgħidulix fuqu ħlief li nara demgħa f'għajnejhom!
Din il-kanzunetta ta' Eric Clapton tiddeskrivi eżatt dak li għandi ġewwa fija.
Tears in heaven
Would you know my name if I saw you in heaven?
Would it be the same if I saw you in heaven?
I must be strong and carry on
'Cause I know I don't belong here in heaven
Would you hold my hand if I saw you in heaven?
Would you help me stand if I saw you in heaven?
I'll find my way through night and day
'Cause I know I just can't stay here in heaven
Time can bring you down; time can bend your knees
Time can break your heart, have you begging please, begging please
Beyond the door there's peace I'm sure
And I know there'll be no more tears in heaven
Tears in heaven










































