Għadni ħajja!!!!
Iva ehe għadni ħajja avvolja ilni ma nikteb ftit hawn hekk.
X'dwejjaq ta' pajjiż ngħixu fih xi kultant. Kienu ġejjin 'The Wailers' u ovvjament għax huwa kunċert ftit differenti u jolqot il-gosti tan-nies li jħobbu dik it-tip ta mużika, jiġifieri Reggae, kellu jiġi mħassar jew postpost. Ngħid dwejjaq għax hawn Malta mhux daqshekk faċli biex ikollna kunċerti.
Ħalli ndawwar ftit id-diskors Jay membru fil-Malta Forums għadu/ha kif ura sit li għandu dizzjunarju mill-malti għal Ingliż onlajn (online), jien naħseb li wasal iż-żmien li jkollna xi ħaġa hekk. Ngħid prosit lil min ikkrejah. Hawn hu l-indirizz: http://malta.atspace.com/





